F’das-Skiet li Qed Jaħfinni.
F’das-skiet li
qed jaħfinni,
Inħossok tersaq
qrib,
Fil-baħħ fejn
trid tintilef
Fis-serħ li rrid
insib.
Fil-firxa bla
konfini,
Fl-eternita’ bla
waqt,
Nagħarafha l-għanja
tiegħek
Fix-xejn li jmut
dalwaqt.
Għad-dawl ta’
qamar kwinta,
Fil-ħemda ta’
bil-lejl,
Jien negħereq ġo
ferħ għami,
Fl-immensita’ bla
kejl.
M’għandix bżonn
tabernakli,
M’għandix bżonn
ta’ xi nvit,
Tinsab int hawn
maġenbi,
U jien ninħall
ftit, ftit.
Il-bogħod mid-daqq
tat-trombi,
Is-skiet iwelled
ħoss,
Il-bogħod minn
għajn ma tara,
Qed nara bla ma
nħoss.
Għax inti, inti
kollox,
U kollox mhuwa
xejn,
U dak li mmiss b’idejja,
Turini mnejn sa
fejn.
Alfred Grech
20/07/2016
No comments:
Post a Comment