Friday, 29 July 2016




Mhux kliem jorbotni mieghek

Mhux kliem jorbotni mieghek,
Mhux leħen, mhux il-ħoss,
M’hemmx ritmi għaġġelija
Kull xħin nistkenn għar-rdoss.

Hemm fewġa ta’ fl-għaxija
F’das-skiet ma jaqta’ xejn
Tqanqila tfisser tewba
F’dix-xibka tagħna t-tnejn.

Ma nafx kif ser infisser,
Għax kliem hawnhekk ma jgoddx,
Jgħodd seħer il-misteri
Imqajjem, ma torqodx.

Hawnhekk tgħodd biss it-telqa,
Li tkeċċi wkoll kull ħsieb,
Iċ-ċaħda tal-Jien kburi,
Jistenna wara l-bieb.


29/07/2016

No comments:

Post a Comment