Issa li ħarsti mielet.
Issa li ħarsti
mielet
Malajr qabadni
n-nagħas,
Kif ngħidlek x’għandi
f’qalbi,
U dak li jweġġa’
r-ras?
Issa li lanqas
nobsor,
Issa ma jimpurtax,
Darb’oħra ħares
lejja
U għidli jekk
taqrax
X’inhu li qed
iħeddel
Il-mixi fuq
quddiem
Is-serħ tal-moħħ
il-biża’
Li nista’ ngħix
fis-sliem.
Alfred Grech
28/07/2016
No comments:
Post a Comment