Friday, 29 July 2016



Tiftakar kemm il-darba?

Tiftakar kemm il-darba
Infittxek ġejt bil-lejl,
Interraq dawn it-toroq
Fil-wisa’ ta’ bla kejl?

Tiftakar kemm il-darba
Inffittxek ġejt mill-qrib,
Fuq l-għolja mqaddsa Tiegħek
Imqar xi xrar insib?

Tiftakar kemm il-darba
Dil-wegħeda trid isseħħ,
Għajnejja qlajt inħares,
Fil-beraq qed ileħħ?

Illum għamiltu żmieni
Għax xewqti ma qtajtiex,
Bilfors irrid nammetti
Li ħsibt li kien, mhuwiex.

Għax dort id-dinja kollha,
U dortha dawra mejt
Jekk jien kont naf xi darba
Mnejn tlaqt, illum insejt.

Alfred Grech
27/07/2016


No comments:

Post a Comment