Jien Nibqa’ Nistenniek.
Min jista’
jisfurzak?
Għalkemm jien
hawn nistenna,
Int waħdek trid
issib,
It-triq minn hawn
għal ġenna.
Jien nibqa’
nistenniek
Sa jibda jagħmel
bija
In-nagħas u dlam
il-lejl,
U norqod daqs
tarbija.
Ħadd minna m’għadu
jaf
Il-forom li għad
tieħu,
U f’xiex tinbidel
għad
Bl-ilwien li għad
jisbieħu.
Jonqosni noqgħod
hawn
Hawnhekk ngħix ġo
din-niċċa
Sakemm tħabbatli
l-bieb
U s-seħer dlonk
jispiċċa.
Inrabbi par
ġwenħajn
U nfassal
direzzjoni,
Għax nilmaħ dawl
fil-bogħod
U nrabbi wkoll
viżjoni.
U wara nkun hekk tlaqt
Fil-baxx
tal-apparenza,
Il-fdal li nkun insejt
Il-fdal li nkun insejt
U l-qxur
tat-trasparenza.
Alfred Grech
18/07/23016
No comments:
Post a Comment