Stennejtek.
Jien lilek
stennejtek
Fuq l-irdum
tat-tqanqiliet,
Fil-bogħod li
bdejt inkejjel
Bejn dak li xtaqt
u dak li seta’ kien
Bejn qabza’u oħra
ta’ kull waqt
Kif hekk
ħassejtniu drabi oħra..
Jien stennejtek
Fuq qċaċet il-mewġiet
li b’ritmu għami
Bdew jisfidaw
il-ġebel għoli
Ta’ dak li jien
kont naf iddekretat minn qabel.
U jien ma kelli
ebda għażla
Ħlief ngħix
dil-ħajja wisq ugwali
Bit-tama li
dix-xitwa tgħaddi
U tgħaddi malajr.
Jien ġrejt warajk
Tul is-sqaqien ta’
swied il-qalb
Tul il-wesgħat ta’
delużjoni
Ta’ dak li kont
qed twegħedni
Li ma kiern xejn
għajr maltempata
Li għada
għaddejja.
U issa li
r-rebbiegħa ma tfattxatx
U t-tieni miġja
tiegħek għada mbegħeda,
Tgħid għad ikun
il-baħħ
Ta’ meta nkun fi
ħdanet li jsalvani?
Stennejtek, u fuq
li stennejtek.
Alfred Grech
30/07/2016
No comments:
Post a Comment