Li Għad Immut u Xejn ma Jibqa’.
Li għad immut u
xejn ma jibqa’,
Lili dal-ħsieb
qed idejjaqni,
L-imħabba wkoll
għad tisparixxi,
Iifisser dan, li
ż-żmien seraqni.
Serbut ta’ nemel
fuq bankina,
Kulħadd bil-pass
u r-ritmu tiegħu,
Kulħadd mifxul fi
trieqtu miexi,
U dan hu kollox
li jġorr miegħu.
U miexi jien u
miexi magħhom,
U bħalhom sfajt
fuq xatt ir-ramla,
Ninkines bħalhom,
nibqa’ sejjer,
Ma kull kurrent,
minġarr mill-ħamla.
Alfred Grech.
14/07/2016
No comments:
Post a Comment