Inti Li Kemm il-Darba.
Inti li kemm
il-darba
Għasarthom bħal
lumija,
Biex ħadt li ridt
mingħandhom
Imbagħad spiċċaw
mal-bqija.
Inti li kemm
il-darba
‘L-fuq mis-sebgħa
sema
Għollejthom kemm il-darba,
Ħallejt in-nar
jinħema.
Sal-ġenna fl-art
wegħedtielhom,
Imbagħad ħallejthom
jaqgħu
Mingħajr m’hemm
xejn jilqagħhom
Bħal bżieżq li
jinfaqgħu.
Inti li kemm
il-darba
Għedtilhom ser
tinbidel,
Li mhux ser
tidneb aktar,
Imbagħad spiċċajt
fiż-żibel.
Inti li kemm
il-darba,
Il-ħsieb bħal
ferrovija,
Ħarist u rajt
fil-mera
Waqajt għall-istmerrija.
Inti f’salib
it-toroq
Staqsejtha kemm
il-darba
Liem’ hija t-triq
it-tajba
U sibt li kienet
ħarba.
Inti li jista’
jkollok
Is-saħħa u
l-burdata,
Tixxabbat ma ħajt
wieqaf
Sa togħola
sal-quċċata.
Issib li ruħek
ħarġet
Bdiet togħola ‘l-fuq
mill-ġisem,
Għalkemm tinsab
fil-merħla,
Tinħtieġ il-lejl
biex tifhem.
Alfred Grech
21/07/2016.
No comments:
Post a Comment