Tuesday, 26 July 2016



Mitluf.

Bħal meta tfittex skuża
U mbagħad ma tagħmel xejn
Bħal meta tkun mistieden
U lanqas taf għalfejn.

Bħal meta tibqa’ mbellaħ
U lanqas taf għaliex,
U lanqas kelma waħda
Ma tlissen u għal xiex.

Bħal meta taqta’ xewqtek
Met’anqas għadu jgħodd
Dak kollu li xtaqt jiġri
U l-ebda bir ma jrodd.

Jien hekk minn dejjem nafni
Mitluf ġo labirint,
Hu agħar li jkolli nagħżel
Li jegħeleb hu l-istint.

Kien żmien fejn xtaqt xi anġlu
Talinqas juri t-triq,
Fanal f’tal-lejl id-dalma
U nasal fejn nixtieq.

U sibt li wara kollox
Dan hu tassew ħelsien
Li xi daqqiet tiżbalja
U tispiċċa fl-isqaqien.

Tistaqsinix liem’hija
It-triq, għax jien mixgħuf,
Għax jien inħossni bħalek,
Għax jien ukoll mitluf.

Alfred Grech

26/07/2016.

No comments:

Post a Comment