Fin-Nar Minn ta’
Dejjem,
Imbagħad
tgħannaqni tiġi bit-tgħannieqa
Li għandha minn
tad-dnub, tal-innoċenti,
Ta’ dar-ribell
jisfida l-amar, inkella
Sabiex idduq xi
ftit mill-ħlewwa
Tat-trasgressjoni.
Il-grazzja tiegħek
issakkar il-moħħ
U titturmaneta
l-ġisem fil-ħlewwa ta’ filgħodu
Fit-taħlit li ma
jidhirx ta’ bejn taqliba u oħra
Ta’ bejn il-ħażen
u l-ġjufija,
Fl-għarfien bla
leħen u bla viżjoni
Li ma jtaqqalx
ir-ruħ
Li huwa ħela.
Passjoni din li
tixħtek fin-nar leqqien,
Fin-nar minn ta’
dejjem.
Alfred Grech
10/04/2017
No comments:
Post a Comment