Lill-Edukaturi.
Biex lilkom
nistgħu nifhmu
Sax-xifer
wassaltuna,
Naraw kemm kollox
fieragħ,
U l-madmad
libbistuna.
Kif kollox kien
mod ieħor
U mhux kif
għallimtuna,
Mill-angolu li
tħares
U mhux fejn
wassaltuna.
Kif kollox kien
mod ieħor,
Mhux sagrosant
kif ħsibna
U kollox qed jinbidel
M’għadux dak illi
sibna.
Kif kollox kien
mod ieħor,
Mhux sagrosant
is-sewwa
U dak lil tajjeb
ħsibna
Stajt tilmaħ fih
id-dnewwa.
Kif mhux ħażin
jew tajjeb
Kif sata’ kien mod
ieħor,
Id-dinja kif
tagħmilha
Kif lanqas jaf
ħaddieħor.
Għallimtu salt
prinċipji
Biex bihom
issawtuna,
Biex bdejtu
l-lasti tbiegħedu,
M’aħniex tajbin
għedtulna.
Biex kollox għal
idejkim,
Hawnhekk fejn
wassaltuna
Hawnhekk hi
l-ħakma tagħkom
Bħat-tafal
għaġintuna.
U bdejna bħalkom
naħsbu,
Biex sirna
ġugarelli,
Sakemm kien hemm
mod ieħor
U sirna mbagħad
ribelli.
Il-ħakma tqila
tagħkom,
Mimlija silloġiżmu,
Tiskatta l-oppressjoni,
Tiskatta t-terrorożmu.
Allat tat-tafal
kontu,
Tixxierku mal-potenti,
Ftit, ftit ilkoll
qiegħedtuna
Fin-niċeċ
opprimenti.
Biex ħloqtu
ċittadini
Tal-merħla
sokkombenti,
Li tobdi x-xewqa
tagħkom
U tal-omnipotenti
Alfred Grech.
20/04/2017
No comments:
Post a Comment