Sakemm Għajnejk Iwasslu.
Għaliex għandna
nagħlquhom il-bibien,
Inqiegħedu l-għatu
fuq il-borma bl-ilma jagħli?
Ma jibqa’ xejn,
lanqas l-imgħoddi
Imqarr jekk terġa’
tibda tiktbu
Imqarr jekk terġa’
tibda’ l-ħajja.
Ma niddejjaqx
jekk ħlejt il-ħin, il-ħin mhux tiegħi,
Ma jiswa’
għalxejn, trid tmur tindifen.
Xtaqt biss li
kien hemm żmien li stajt kont ħieles
Illum sirt naf li
dan mhu sa jseħħ qatt,
U xħin tlift
il-futur xejn ma tkun titlef
Għax il-futur
imfassal fuq l-imgħoddi.
Għawwiem tal-lum,
għawwiem ta’ dejjem
Ġo baħar desolat
taħt xemx li tikfes,
Wieqaf u
trankwill daqs ilma mniġġes
Wieqaf, daqs
kermm wieqaf ikun, min qed jiċċassa.
Il-ġejjieni kien
bħal xefaq, il-bogħod kemm jista’ jkun,
Il-bogħod, sakemm
għajnejk iwasslu.
Alfred Grech.
06/04.2017
No comments:
Post a Comment