Qed Infittex. *
Qed infittex
ix-xintilla
Biex tqajjimni
minn dan ngħas,
Qed infittex dik
l-iskuża
Biex għażżien ma
jkunx f’kull ħaż.
Qed infittex
is-sorpriża
U malajr għaqqadt
il-ponn,
Kien dover
inkella ħaġa
Trid issir, għax
hekk hemm bżonn.
Qed infittex illi
nitlaq
U ma nara ‘l-ħadd
u xejn,
Immur niġri qalb
il-beraħ
Ma nistaqsi qatt
għalfejn.
Qed infittex li
nkun bħalhom,
Imma bħalhom ma
nistax,
U nispiċċa
għalhekk imdejjaq
Għax għalija ma
jibqax.
Qed infittex bħal
ħaddieħor
U f’idejja sejf
misnun.
Qed infittex li
nixbaħhom
U dan qatt ma
jista jkun.
Alfred Grech
01/04/2017.
* B’dedika lil
Mariella Abela li dalgħodu nkoraġġietni biex nikteb poeżija posittiva għax
il-poeżija bl-isem “Filgħodu” kienet wisq dipressanti.
No comments:
Post a Comment