Min Jaf Kewkba Ferriħija.
Min jaf kewkba
ferriħija qattx intbaħt
Bil-frustrazzjoni
ta’ dal-poeta sieket
Li ma jistax
jesprimi lilu nnifsu;
Ta’ dal-poeta
jonfoħ il bziezaq tas-sapun
Fil-baħħ
tal-ħajja. Dan l-iblaħ f’tarf l-irdum.
Xi minn daqqiet aħjar
is-skiet minn tiegħek
Biex noħroġ minn
dal-wied mudlam ta’ ruħi,
Biex nisma’ ħsejjes is-selienzju
Ta’ qalb mimlija
ndiema.
Min jaf ja kewkba
ferriħija!
Xi minn daqqiet
aħjar tegħemiża tiegħek
Biex nibqa’
nħares fiss u noħlom
Li jien ħabbejt
xi darba.
Nistaqsi ’l-baħar jekk jafhiex din-narrativa,
Inkella hux qed
jisma’ wkoll il-ħsejjes
Tiegħu stess,
Ħa jerġa’ jtenni
lili dak li jħoss
Fl-abbis ta’
dejjem: dak li ħadd ma jaf.
Ja kwekba
ferrihija,
Il-ħsejjes tiegħek
distrazzjoni.
Jien leħnek ma
nafux imma,
Min jism’ dan
is-skiet,
Ikun qed jifhem
lili.
Alfred Grech
02/04/2017
No comments:
Post a Comment