145.
Ikun fiż-żminijiet li konna
nħossu
Kullħadd u d-dinja kollha
kontra tagħna
U bqajna m’għamilniex
il-pass li kellna
Nagħmlu, jew tlifna t-triq
li kellna nimxu.
U bqajna ma ntbaħniex x’hemm
wara l-kwinti
Inkella x’jista hemm lil
hinn mix-xefaq.
Intom li ridtu tidħlu ġo
dil-gaġġa
Għax ridtu serħ il-moħħ malajr
intbaħtu
Li b’hekk titbegħedu kontu
minn dix-xtajta
Minn fejn qed nimbarkaw
l-esploraturi
Ta’ kull xefaq jew quċċata
fejn għadu
Ħadd ma rifes. Għax ridtu
tgħixu,
Ixxamplati, patrizi dekadenti
Fin-nausea tagħkom stess u
fl-affluwenza.
Alfred Grech
21/12/2018
No comments:
Post a Comment