F’Jum Sant Ivo.
Jien dak li nerġa’ niġi
nfittex
dir-roqgħa art fis-skiet u
l-ħemda
fejn jikber il-ħaxix u x-xemx
għad tasal
il-bogħod mit-tinġiż
tal-arja
fejn ma nismax il ħsejjes tar-rombli jqarrmċu tal-magni.
Għiduli fejn hu dan
l-imkien?
Jien inkun l-aħħar wieħed li
nitbekka
il-ħerba ta Ġerusalemm
f’din l-art ħanina li tnixxi
l-ħalib u l-għasel
li tfarrket mill-barbari
maltin
sabiex minn dan il-bini
kollu li jinbena
m’għadx jibqa imqar ġebla
fuq oħra.
Imbagħad ma jiswa’ xejn
li bħal groqqa għad trid
tiġi
u terġa’ tiġbor il-flieles
tagħħa.
Imbagħad għad niġi hawn
xħin ninżel minn ġos-sħab
u nimraħ f’dad-deżert uman
ta’ bla qalb u ta’ bla ruħ
il-ħabs li ħolqu l-istess maltin
minn jeddhom,
ma’ dawk li s-sewwa jaħarbuħ
u jgħixu ġol-bużżieqa
tas-sapun
tal-ekonomija dejjem tikber
għajjiena le xebgħana
mitluqina għalina nfusna
għax ma baqax fejn għad nimirħu
għajr l-oqsam artifiċjali
tal-iskrin u tat-tastiera.
Alfred Grech
17/12/2018
No comments:
Post a Comment