Dan Tagħna.
Dan tagħna se jibqa’ thewdin
ir-ruħ
ta’ ħmar il-lejl li qatt ma
stenbaħ
għax ngħidu li se nagħmlu u
qatt ma nagħmlu
dak li ngħidu, nixxenqu biex
niltaqgħu
taħt is-sigra, taħt il lampa
f’tarf it-triq
iżda qatt ma naqbżu ċ-ċint
tal-bitħa tagħna nkella l-ħadid
tal-ġnien
ta’ quddiem id-dar li
jżommna bħal ħabsin
imgħarrqa fit-thewdin ta’
ruħ mixgħufa
u fl-għamad tal-konfini tal-abbissi
li fassalna
aħna stess fit-taqlibiet u
l-baħħ jirbombja ta’ moħħna
u nibqgħu ngħidu l’hemm
futur qed jistenniena.
Dan tagħna huma biss xewqat
moħbija
u magħsura li ngħiduhom
lilna nfusna
fil-biża l-hemm xi ħadd li
qed jismagħna
għaliex dawn mhumiex xewqat
li ttennihom
fid-dawl tax-xemx jew taħt qamar
li qed jibki
għalkemm nafu jappartjenu
lill kull wieħed
u kull waħda.
Issa xħin nixjieħu nkella
nixbgħu
ntennu l-litaniji inti
tħobbni
jien inħobbok u mingħajrek
ma ngħaddix
nitgħallmu mantri ġodda
bl-istess ritmi
u bl-istess rima iżda jidhru
aktar friski
għax mhumiex il-ħlejjaq
tagħna
iżda huma l-aħħar maskri
tal-uċuħ
ta’ nies il qedem imlibbsin
is-sorpiżi
u l-istupur tan-nies
moderni.
Alfred Grech
20/12/2018
No comments:
Post a Comment