Jien Nippassiġġa
Jien moħħni nippassiġġa
fi sqaqien l-eternita’
f’dawk il-mogħodiejiet
efimeri
ta’ meta l-istorja kien
għada ma nkitbitx,
jew jekk inkitbet intilfet
f’dak kollu li ġie wara,
fil-fakass ta’ dak li kellu
jkun
u qatt ma kien.
U issa la ma ġejtx,
jien qed narak minn lenti oħra
bil-wiċċ imħaffer fit-tond
għaliex fl-għabex tal-allat
ix-xemx mistħija tmur
tistaħba
jew tinħeba wara x-xefaq
u inti tkun BrunHilde tibdaħ
is-super bniedem
u tara li dan kollu jgħaddi
wkoll.
Iżda jien ma nista qatt
għaliha
li xħin jgħaddi kollox
ngħidu
li din ma kienetx għajr
ħolma
u li dak li jibqa’ wara ma
jkun xejn
għajr dwejjaq.
Alfred Grech
02/12/2018.
No comments:
Post a Comment