Intom Sbieħ.
Intom sbieħ
ilkoll kemm intom
kwiekeb jiddu
fil-ħolqien
fil-liwjiet u t-tondjaturi
dinja ssebħu
kullimkien.
Intom anġli minn
tas-sema
tgħannu l-ogħla
innijiet
hekk ħalqitkom
in-natura
u aħna nemmsu
hawn fis-skiet.
Intom stilel
tal-eklissi
mimlijien
mistoqsijiet
jew misteri minn
kull naħħa
li naħsbuhom
stediniet.
Intom sbieħ
ilkoll kemm intom
tkissru d-dwejjaq
ta’ kulljum
magħkom naqsam xi
xintilla
tagħmel berqa bla
ma ddum.
Izda hej tgħidlix
biex magħkom
għa żmien twil sabiex
nistkenn
naqsam ħini jew
ħidmieti
għax jaqbadni
ferħ ta ġenn.
Intom sbieħ u
mhemmx x’tgħid aktar
u mingħajrkom ma
ngħixux
iżda mbagħad il
ħajja magħkom
Daqs kalvarju u ma
temmux.
No comments:
Post a Comment