140
Aħna li saħansitra bħall-profeti
Bassarna dak li llum kulħadd
qed jara,
Inħażżu saqaf ġdid f’kappelli
qodma
Virtu’ li minnha ħarġu ħafna
vizzji,
Il-qirda tas-sabiħ u dak li
nafu,
Li flokom iffullaw il-mostri
mxajtna;
Aħna li sibna ruħna ngħixu f’qatra
Li darba kienet ċara u traparenti
Li minnha stajt tittawwal
qisek b’lenti
Tiffoka biex tiċċara li hu
sewwa;
Aħna li qed nibku u qed
nitniegħdu
Niftakri ż-żminijiet u
nirriflettu
Dak li ma kienx, li hu, li
seta’ ġara
F’dan l-olokawst ta qirda ta’
bla ħniena.
Alred Grech
05/11/2018
No comments:
Post a Comment