Mit-Torri tal-Ivorju.
Mit-torri tal-ivorju
U mill-gardjoli tal-kranju
Nittawwallek u nibagħt raġġ
dawl li jinfed
Sal-ħsibijiet u sax-xewqat
Li juri li l-art fil-qrib
Iżd’inti tibqa’ dik il-mara
misterjuża
Ma tinqabadx u ma tħallix
traċċi
Tad-dellijiet mnejn tgħaddi.
Jien nista’ nkun mhux ħati
Ta’għemili jew tat-twemmin
li bih twebbilt
Jew tal-misteri
Għax int kapaċi tbiddel
il-wiċċ t’anġlu
F’wieħed ta’ medusa.
U jien nibqa’ mbagħad
Trafiss fil-ħarsa tiegħek.
Alfred Grech.
07/11/2018
No comments:
Post a Comment