Buffuri.
Aħna lsiera u
lanqas nafu.
Ma tlifna xejn
lanqas irbaħna
hemm barra l-weraq qed
jittajjar
iżda l-buffuri tar-riħ hawn
ġew qiegħdin
ġo fina
Int tħares lejja u xejn ma
tgħidli
is-skiet jitkellem waħdu
għax ghandu t-tifsir tiegħu
elokwenti daqs it-talb.
Imblajt mill-vortiċi
il vortiċi huwa l-baħħ li
fiħ nintilef
u l-ħsibijiet li ma jċedux.
Alfred Grech
05/11/2018
No comments:
Post a Comment