Il-Laqgħa Tagħna.
Il-laqgħa tagħna ħabta u
sabta
Bħal terrimot li jgħeżżeż
Vulkan li jirrimetti minn ġol
vixxri
Il-lava taħraq ta’
tqanqiliet u episodji.
Il-ġmiel tiegħek
jissorprendi
Jew jiżboq dak tal-mara mitoloġika
Bint l-allat u nofsha
bniedma
U wiċċek reġa’ xegħel
il-ħmura ta’ filgħodu.
Jien nibqa’ l-vagabond
infittex trejjqa ġdida
U inti l-kewkba ta’ filgħodu
Tirrifletti l-biża’ tiegħi.
Alfred Grech
13/11/2018
No comments:
Post a Comment