Notturn.
F’nofs dan il-baħar bla konfini
Min jaf liema waħdi hija
inti
Mill-kwiekeb qed ipetptu
Li trid turini t-triq
tal-wegħediet fiergħa.
Jiena negħereq jekk nintebaħ
Li mintix hemm.
Idejk li ssoltu jmellsu saru
rogħoda waħda
Imbagħad nisimgħu
lill-xulxin
Imqar fis-skiet etern
Għalkemm ninsabu l-bogħod
Nisabul qrib
Għaliex il-bogħod hu biss
fil-moħħ
Għal min bla fidi.
U l-moħħ ma jċedi qatt
Għas-skiet u t-tqanqiliet.
Int tkun taf jien x’irrid
mit-ton ta’ leħni.
Alfred Grech
20/11/2018
No comments:
Post a Comment