Dan Hu Jasar.
Dan hu l-jasar li tipposa
jew tiftaħar b’ħafna lwien
l’għandek xogħol isserraħ
rasek,
jew li tilbes l-aqwa lbies
ittimbrati għax jiswew.
Dan hu l-jasar ta’ min
jaħseb
illi qiegħed fuq l-oħrajn
jew li għandu ħafna x’jonfoq
kemm irid u fil-kapriċċ.
Dan hu l-jasar ta’ min
jaħseb
li ħaddieħor hemm għalih
jew li jemmen lil xi ħares
hekk se jżommu fuq saqajħ.
Dan hu l-jasar ta’ min b’moħħu
ma jridx jaħseb, jibla’ biss,
ta’ min lanqas jieħu nagħsa
jew li żgur ma jqumx ta
spiss.
Dan hu l-jasar. . . .il-jasar
tal-lum.
Alfred Grech
02/11/2108
No comments:
Post a Comment