Spekulaturi.
Dawn huma vittmi stess tal-ftahir taghhom
li jtajjru minn fejn jgħaddu
biss duħħan
dawn huma l-marjunetti ta’
bla ħabel
li jiżfnu ż-żifna tqila b’pass
kajman.
Profeti dawn li għad iridu
jħabbru
ġejjieni jfewwaħ mimli ward
u żgħar
iħarbtu fejn jaraw b’tifsila
ġdida
mutur li jibqa’ jkisser lejl
u nhar.
Dawn huma r-rispettabbli
tal-vanġelu
li jgħabbu qatet tqal fuq
dahar in-nies,
Ma jiswa’ xejn li ngawwdu
l-pajżaġġ tagħna
Għax huma jibqgħu jagħmlu
flus bla qies.
Alfred Grech
04/11/2018
No comments:
Post a Comment