Tuesday, 13 November 2018





142.

Fejn naħsbu li sejrin sabiex inġeddu
dal-ħmar il-lejl li ta’ kuljum qed ngħixu
u nirkbu l-ferrovija li twassalna
lilhinn mill-istazzjoni tal-eqreb raħal?
U dan żvilupp sejjħulu sostenibbli
bla xkiel ta’ xejn, bla sogħoba u bla ma nafu
li f’daqqa waħda sibna l-baħħ, waqajna
bħall  anġli li rvillaw fl-abbiss ta’ dejjem
Għaliex triduna nirkbu l-ferrovija
jekk ma nafux fejn din għad trid twassalna?
Għax kull stazzjon mhuwiex ħlief tappa zejjda
li għad twassalna trid lilhinn mix-xefaq
Filwaqt li nafu jekk din l-illużjoni
s’hawnhekk wasslitna t-tmiem mhu qatt se jasal.

Alfred Grec
13/11/2018.

No comments:

Post a Comment