Ikellmek il-Baħar.
Meta ma nkunx nafx x’naqbad
ngħidlek
Ikelmek il-baħar.
Inti li titkellem bħal leħen
ġej mis-sema
Mur aħtaf il-parċmina minn
idejn
Is-sibilla tal-ilwien
Li tgħix bejn l-art u
l-baħar.
Inti tista’ tibla l-kliem
kollu
Li hemm minqux fuq kull
mafkar
Fid-dlam tal-għalqa
tal-mejtin
U l-istonku tiegħek qabar
mimli
Iżda fuq xufftejk itiehem
ħelu
Bħall-għasel.
Imbagħad trid mill-ġdid
terġa’ lura
Fit-tbexbix ta’ għodwa
mbiegheda
Riekba karru tal-fidda
Misjuq minn żiemel abjad
Biex tbassar il-ġejjieni.
Inti li bħali twelidt taħt
in-nida ta’ sema mdardar
Tagħllimt timxi l-quddiem
Imqar mingħajr ma taf x’hemm
jistennik.
Alfred Grech
23/11/2018
No comments:
Post a Comment