Saturday, 5 October 2019

Image result for ugly Malta



Bħal Bhejjem.

Bħal Bhejjem fir-rambaġġ ta’ bla raġuni
Fil-paniku qalil u ossessjonat,
Kullħadd iffissa li jrid aktar jgħolli
Għax fetaħ ħalqu għaġeb impustat.

U l-boloħ telqu jiġri kollha f’daqqa’,
Tellieqa din tal-għami u l-injorant,
Għax ma ntebbħuħ li tfixklu lkoll f’saqajhom
Bil-ħerġa ta’ min huwa appassjonat.

U l-boloħ kienu moħħomn ftit iwassal
Għamlulhom għamad, baqgħu ma ntebħux
Li min kien qed jipposa ta’ nvinċibbli
Kien żgħir, qasir u ma temmnux.

Alfred Grech
05/10/2019


No comments:

Post a Comment