Mnejn Sa Fejn.
Jiswa’ wisq daż-żmien li ma
nafux fejn aħna
jiswa’ wisq dal waqt li qatt
ma jgħaddi
għax din hi fraka oħra
li tgerrem is-susa sa ma
tasal
in-naħħa l-oħra
u aħna li dorna għal kemm
il-darba dan il-globu
ma jimpurtax li nduru dawra
oħra
u saħansitra ntbaħna
li l-globu kien kien battal
minn ġewwa
u jirbombja.
Għalhekk bdejna nitħassbu
jekk tassew kienx ta’ min
jemmen
inkella jekk hux kollox kien
mistħajjel
u għadna qed noħolmu.
Ikun eħfef jekk kollox kien
miżjud
bħal meta tilbes par
imsielet u tiddandan
għax l-infinit la jagħraf
ħin u lanqas spazju
u tibda’ tistaqsi dak kollu
mnejn sa fejn.
Alfred Grech
19/10/2019.
No comments:
Post a Comment