Liturġija.
Jien li kont naqrak qed
nogħodos
ta’ kuljum fl-ilma ċar ta’
din-nixxiegħa,
dil-liturġija ta’ min irid
itejjeb
lilu nnifsu biex noqgħod ta’
kuljum
indur il-parabboli fuq paġna
waħda
tal-ktieb miftuħ sakemm
insib id-dlam
tas-sotterran ta’ ġewwa fija
ngħum fejn ma jilħaqlix
imbagħad itir ix-xrar
illuminat
u nisma’ t-tifsir kollu
ta’ dak li qegħeda tgħidli.
Imbagħad jingħalaq jerġa’
l-ktieb.
Aħna konna biċċa miż-żmien
li għadda,
iż-żifna stess li żfinna
mingħajr ma ntbaħna,
kurrent fix-xmara li qatt ma
tasal
sal-oċean,
il-misraħ li sibna ruħna fih,
il-mewġ li tefgħana fuq
ix-xtajta
fejn issa nistgħu ngħidu
tabilħaqq
li tassew weħidna
nikkuntemplaw l-isolament
tar-ramel.
Hawnhekk stajna naraw ukoll
inżul ix-xemx u l-għabex
tal-allat.
Għaliex m’aħniex se nsibu
mod
kif ngħidu li din it-triq li
kellna nterrqu
u l-qtar tax-xema fuq
il-ġilda
mhux sejjer jaħraq ir-rieda
li nibqgħu għaddejjin
Alfred Grech
27/10/2019.
No comments:
Post a Comment