Tfixkilna
t-Tnejn f’Saqajna.
“We
are such stuff as dreams are made on, and our little life is rounded with a
sleep.”
(Shakespear: The Tempest”)
Int tqajjem uragan fl-għadira tiegħi
Kull xħin ma nafx x’ser nagħmel bija nnifsi.
Int tlissen kliem stunat li ma jkunx f’waqtu
Kull darba li fittixt jien ftit tad-dija.
Int tħallat l-ilwien kollha tal-qawsalla,
Jien nislet wieħed wieħed lewn kif jaqbel,
Imbagħad kont nieħu l-premju ta’ ħaddieħor
Kastig li lanqas biss ma jkun jistħoqqli.
Id-dinja nara kont minn lenti oħra
Issir fana biex turi lill-baħħara,
U xħin kien jidher kollox illi kkwieta
Intbaħna li tfixkilna t-tnejn f’saqajna.
Alfred Grech
15/10/2019.
No comments:
Post a Comment