Dawn Huma Vrus.
Dan huma
vrus indeċifrabbli
Hekk qalu
huma xħin ġew jimmitazzaw
It-tmiem
efimeru ta ġrajjiethom
Għax messew
li l-qiegħ ta’ dak kollu
Li kien
hemm u li qiegħdin jgħidu
Ma kienx
biżżejjed.
Lilna
ttimbrawna profeti tal-aħħar żminijiet
U b’hekk
ħolqu ċirku vizzju li fih
Innafraga kullħadd.
U b’hekk
ħolqu alla ġdid
Tabernaklu tad-deheb
u l-ġawhar
Li quddiemu
setgħu jinżlu għarkubtejhom
Xħin ħassew
li kollox kien mistħajjel.
B’hekk issa
kull meta
Maż-żernieq
is-serduq jitlef leħnu
Jibdew iwerżqu
l-ilsira u bit-taħbit tagħħhom
Jqajjmu lil
kullħadd,
llsira dawn
li bihom inqdew biex ikomplu jħarrbtu
dak li kien
baqa’ mis-sbuħija
ta’ dn
l-art ħelwa,
l-omm li
tagħna isimha.
Alfred
Grech
19/10/2019
No comments:
Post a Comment