Thursday, 3 October 2019


Image result for insects on sugar

Hawnhekk Qiegħdin Immutu.

Hawnhekk qiegħdin immutu
Din mewt bil-ftit il-ftit
Nibilgħu arja mniġġsa
Ta dħaħen u kubrit.

Hawnhekk qiegħdin immuti
Bid-dożi żgħar kulljum
Bil-kliem tal-prepotenti
Imewwtek bla ma jdum.

Il-loppju li jitħallat
Mal-ilma fil flixkun,
Għax lanqas għadna nħossu
Il-fosta u l-bastun.

Għaliex m’għadniex inħossu
Bl-isforzi ta’ kulljum
Il-ħtieġa illi ngħixu
Nitilgħu mas-sellum.

U sirna bħall-insetti
Insoffu demm xulxin
Jew nirgħu fuq iż-żibel
Mir-riħa misjuqin.

Alfred Grech
03/10/2019



No comments:

Post a Comment