C.
Int tfarfar
id-destin mill-fdal li jibqa’
Għax mhux b’din
il-munita trid tħallasni.
Tiġini
t-tentazzjoni u nerġa’ naqa’
Mat-togħoma t’għaraq
mielaħ li darrasni.
Bis-sensi li
jitolbu attenzjoni
Kull xħin
għajnejja għalaqt inbidlet l-arja
U nbtaħt b’dir-ruh
li għexet l-illużżjoni
Perkors li ta’
kuljum tarah ivarja.
Is-sensi moħbijin
bħal isqra mġewwħa
Biżżejjed tkun
mingħandek it-tbissima
Biex jiftħu par
ġwenħajn mifruxa beraħ
Imkeffen f’ġisem
mimli b’dit-tilqima.
Id-dubbju ta’
kuljum qed igerrimni
U jiena
mingħalija l’int tifhimni.
Alfred Grech
16/09/2016
No comments:
Post a Comment