Tuesday, 20 September 2016



Żmien in-Newba.

U x-ħin għajnejk tagħlaqhom
Il-baħar jerġa’ lura
Tintebaħ li l-lejl wasal,
Wara għabex ta’ bla ħmura.

Iż-żmien il-ġdid li jibda’
Iħabbar tmiem id-dieqa,
Il-baħħ tal-eżistenza
Stampat mal-ħġieġ tat-tieqa.


‘Mma dan bħal kull żmien ieħor
Għax kull ma kellek tliftu,
Dak kollu li ħadulek.
Inkella li stajt sliftu.

Biex jibqa’ qalb ir-ramel,
Kristall u żrar in-newba,
Għax issa kollox jiskot
U jibqa’ biss it-tewba.

Alfred Grech.
04/12/2015

No comments:

Post a Comment