Għalissa Nieqaf Hawn.
Għalissa nieqaf
hawn ħa nkun assenti,
Hemm wisq
tal-iffullar fuq l-awtostrada,
Ir-ritmi mgħaġġla
wisq mank nista’ nlaħħaq
U lanqas irrid
naf x’hemm lest għal għada.
Bħalissa għaddej
wisq traffiku minn moħħi,
Jekk għadek tqum
u tħossok mimli ħrara
Għalik il-jum
it-tajjeb, iżda lili
Ħallini mal-vertiġini
nissara.
Alfred Grech
19/00/2016
No comments:
Post a Comment