XCIX..
Bużżieqa
tas-sapun mifqugħa fl-arja,
Ġrajja’oħra li
tintiseġ u tintesa’,
Jekk drajna lil
xulxin taf fejn jien sejjer,
U għad nintilef
nimraħ tul dil-wesgħa.
Mhux sejjer naqbad
qatt ukoll jekk nonsob,
Il-ħlewwa
tal-waqtiet u t-togħma tagħom,
Għax terġa’ u tgħid,
nistaqsi lili nnifsi:
Kinetx dil-ħajja
l’għext inkella magħhom.
Ġarrewni ċ-ċirkostanzi
travolġenti,
Jekk kienx dan
il-mument li fih nintilef,
Burdata t’arja
sħuna mal-kurrenti,
Inkella sentiment
li ż-żmien kien tilef.
Ninsabu llum
mexjin qalb ward fil-ġonna,
U qiegħdin hawn għaliex
m’għadniex fejn konna.
Alfred Grech
13/-9/2016
No comments:
Post a Comment