Jien Qatt.
(Versi miktubin
fuq l-sitil u ispirati mill-poeżija ta’ Tarciso Zarb)
Jien qatt ma ridt
inkun f’dak moħħok
Bħal-linji ta’
pitagora, kunċett li joħloq biss
Xi teorema li
qatt ma stajt tipprova.
Xtaqt biss
inkebbes ftit tad-dawl
Fil-kuritura
mudlam ta’ moħħi
Biex nista’
nħares lejk, nikkuntemplak,
U ngħarrex ftit
madwari.
Nitwennes jekk
jien naf li hawn xi ħadd fil-qrib
Xi ħadd li jibqa’
anonimu.
Jien qatt ma ridt
inkun il-baħri
Li jkebbes
il-huġġieġa tan-nawfraġju
Insellem lil kull
min jinzerta
Għaddej minn fuq
ix-xefaq.
Jien qatt ma
nistennik li tiġi ħdejja
Ġa qbist in-naħħa
l-oħra ta’ dal-kjażmu
Mudlam, jirbombja
r-risonanzi ta’ ritmi ċikliċi
Ta’ dak li aħna
nsejjħu – eċistenza.
Jien qatt ma
ħsibt li kont ittellaq mad-dell tiegħi
Biex tara minna
t-tnejn min jiġi l-ewwel:
l-ewwel ma ġejt
qatt u lanqas ridt inkun
Fejn setgħu
jindunaw bija l-għasafar tal-priża
Jisseqqru ’l-fuq
minn rasi.
Ridt biss
niddobba tromba
Biex ngħarrex
kull fejn stajt
F’kull rokna ta’
dal-kosmos
U nibda mmiss b’idejja
Dak kollu li
stajt nara.
Ridt biss inkun
tweġiba għall-mistoqsija
Li sikwit
tagħmilli.
Alfred Grech
23/09/2016
No comments:
Post a Comment