Maċ-Ċaqliqiet Rotundi.
Maċ-ċaqliqiet
rotundi
Ta’ ċrieki ġewwa
ċrieki
Li tagħmel kull
taqtira
Li taqa’ minn
ħaddejk
Jitltaqgħu ċrieki
kontra tal-qtar tiegħi
Fuq wiċċl-ilma li
issa sar qanqil f’taħdida ħierqa.
Jien għadni
fil-benniena
Ta’ dak li konna
ħlomna
U għadni ta’
kuljum inġorr
It-tifkiriet
fil-qoffa
Ta’ dak li seta’
kien
Li kieku ma
sfidajtx
U mort lil hinn
minn fejn stajt nasal.
Għad jgħaddi
ħafna żmien
Biex joqgħod xi
ftit l-ajru
U l-baħar
inkurlat isib il-medja tiegħu.
Sadanittant,
fiċ-ċrieki kontra ċrieki kontra ċrieki
Erġajt sibt
ir-rutina
T’eternita
mingħajr ċaqliqa.
Alfred Grech
10/09/2016
No comments:
Post a Comment