Erġajna t-Tnejn Li Aħna.
Erġajna t-tnejn
li aħna taħt dis-siġra
Intennu t-tifkiriet
ma kull tixjira,
Tal-friegħi mħobbijin
bit-toqol tagħna
U lil xulxin
nistaqsu bla tweġiba.
U ħsibtni li
mill-ġdid f’għajnejk se nara
Id-dawl li kien
iddieli kemm il-darba,
Għax m’hemmx li
għad minn din l-għanqbuta neħles,
U bla ma naf għaliex
trid toħroġ karba..
Bħal min isib li
hawn kien drabi oħra,
Għax ħaseb
mingħalih li bidel ħajtu,
Riċetta din
fil-ktieb tas-salvazzjoni,
U dawl li jiddi
ġdid, li qatt ma rajtu.
Bħal min kien jaf
minn qabel kif tispiċċa
Dil-ġrajja li
rreċtajna f’kemm il-biċċa.
Alfred Grech.
24/09/2016
No comments:
Post a Comment