Hawn Baħħ Ma Jimteliex.
Hawn baħħ ma jimteliex
Fil-ħofra ta’
kuljum,
Jekk għadek ma
fassaltx
Ma nafx kemm ser
iddum.
Jekk għadek ma
fassaltx
Fejn sejjer int
ma tafx,
Vapur mingħajr
kaptan.
Ix-xefaq ma
jagħarafx.
Hawn baħħ ma
jimteliex,
Hawn żiffa ma
trewwaħx,
Hawn kliem ma
jitfissirx,
Hawn ward li ma
jfewwaħx.
Ċempilli u ma
naqbdux,
Stedinni u ma
niġix,
X’se jġib it-temp
illum
F’dal jum li ma
jgħaddix?
Alfred Grech
05/09/ 2016.
No comments:
Post a Comment