Thursday, 22 September 2016



Xħin ma Nxejjrux il-Bnadar ta’ Mitt Stemma.

Xħin ma nxejjrux il-bnadar ta’ mitt stemma,
Nibdew ngħolew ’l-fuq mis-sħab imdendel,
Nisirqu d-dawl divin minn wara l-kwinti
U ma l-allat t’Olimpu nikkiskutu.
U nirbħu wkoll bl-għerf tagħna ’l-ġiganti,
Ma dal-mużajk insiru ħaġa waħda
Ta’ bla disinn, bla ħhsieb u lanqas tfissru.
Nibdew resqin lejn oriżżonti ġodda
Tal-għada bla destin, tal-lum li ħarab,
Inrabbu mbagħad il-ġwieneħ biex infasslu
Fuq sema ndifferenti ġometriji
F’dan l-inivers li għadu jrid jiġġedded,
Fuq qċaċet illi t-tempra marritilhom
Biex saru wkoll mhux aktar importanti.

Alfred Grech.
22/09/2016

No comments:

Post a Comment