124.
Jien ma ridt qatt
inkun fil-morsa tiegħek,
Profeta ta’ nofs
kedda bla rewwieħa
Biex trewwaħ
l-irjieħat tal-profezija
U tnajjar
in-nirien tal-ġlied mistħajjel.
Dak kollu l’għamilt
tajjeb bil-passjoni
Tistenna qatt li
nagħmel xi miraklu
Ma ġrejtx warajk
kull meta bdejt issejjaħ,
Għax għadni ma kontx
lest għall-kolp tal-grazzja.
Imm’issa li
sfidajtni u trid minn għandi
Nurik kemm inti
stess ma tafx x’kont tagħmel,
U nperreċ ma
kullħadd dnubietek sewda
Għax dan id-dramm
qadim li taf tirreċta
Hu biss preludju
żgħir sakemm tistaħba,
Imbagħad,
imbagħad ma jisma’ bik ħadd aktar.
Alfred Grech
04/05/2017
No comments:
Post a Comment