Hawnhekk. 2
Hawnhekk fejn
tista’ timraħ
Fil-kobor
tal-ħolqien,
Ġo dil-bużżieqa t’arja
Li tfewwaħ
kullimkien.
Hawnhekk tas-skiet
is-seħer
Għax xejn u ħadd
ma kien,
Għax “issa” jkun
għal dejjem
U qatt ma jgħaddi
ż-żmien.
Fil-ħemda ta’
filgħodu
Hawnhekk tixtarr
fis-skiet,
Fejn lanqas tisma’
leħen
U tqum minn bejn
l-imwiet.
Fejn lanqas ma
tismgaħha
Ċapċipa tal-idejn,
Fejn lanqas biss
tvenvina
Ma tasal
sal-widnejn.
Hawnhekk fejn
tista’ tegħreq
Ġo baħar
l-infinit,
Ta’ nżul ix-xemx
ħamrani
U l-għana
tal-udit.
Hawnhekk fejn
tista’ tgħereq
Fl-għadira tal-ħolqien,
Fejn dejjem tista’
toħlom
U l-mibdi qatt ma
kien.
Hawnhekk fejn
tista’ taħrab,
Fejn tista’ tkun
skartat,
Fejn waħdi,
waħdi, waħdi,
Imwarrab,
separat.
Fil-ħemda tal-oasi
Fejn jiddi d-dawl
t’għajnejk
F’sekwenza
xeneġġjata
U d-dmugħ ta’ fuq
ħaddejk.
Alfred Grech
08/05/2017
No comments:
Post a Comment