125.
Niktibha kemm il-darba l-poeżija,
Għax għandha ħafna uċuħ tal-poligramma,
Għax jien ma nintlaqatx minn dak li jidher,
U tista’ tkun ukoll bħal leħen ħiereġ
Mid-dlam tal-oqbra, u lili ssejjaħ b’ismi.
U jiena mhux bil-fors li nirrispondi,
Għalkemm naf l’hemm quddiemi tarf il-mixja,
Inti, ja poeżija ma tkunx aktar
Dik-is-sirena tgħanni fuq il-blata,
Imqarr jekk wiċċek jien qatt ma stajt nara .
Li ma rridx nagħmel hu, ma mmurx inwieġeb
Fil-baħar tas-silenzju u bla konfini
Għax hekk la naf fejjn jien, lanqas fejn sejjer
U lilek ma nsibekx, u qatt ma nasal.
Alfred Grech
16/05/2017
No comments:
Post a Comment