Kien Hemm Żmien.
Kien hemm żmien
li niftakar u nirgħex,
Kien hemm żmien
li waqqgħajtni għaċ-ċajt,
Daqqiet oħra li
jdoqqu f’widnejja
U li tgħidli
jirbombja mal-ħajt.
Kienh hemm żmien illi xtaqtek kont ħdejja,
Kien hemm żmien bdejt
nistaqsi għalfejn?
Għax dak kliemek jirbombja
f’widnejja
Kull ma tgħidli u ma nkun nifhem xejn.
Kien hemm żmien
li rrid ngħaddi mingħajrek,
Kien hemm żmien
li kont naħseb biss fik,
U xi drabi
nistaqsi dak kollu
Ma jiswiex għax,
arak, ħadd għalik.
Kien hemm żmien
il-ħin kollu fuq moħħi,
Kien hemm żmien
bdejt nistaqsi kontx jien,
Illi xtaqtek
daqshekk li ċempiltli,
Iżda waħdi bqajt
hawn għax għażżien.
Kien hemm żmien
li ridt noqgħod imbiegħed,
Kien hemm żmien
li fittixtek fid-dlam,
Imbagħad xtaqt
illi tiġri xi ħaġa
U jinbidel li
skript ta’ dad-dramm.
Daqqiet oħra kont
mimli bil-ħajra
Kien hemm drabi
staqsejt: dan għalfejn?
Inti temmen fl-imħabba
li tibqa’,
U xi tkun din l-imħabba
bejn tnejn?
Alfred Grech
120/05/2017
No comments:
Post a Comment