Jekk Għad Insibek Waħdek.
Jekk għad insibek
waħdek
U niftaħ miegħek
qalbi,
U ngħidlek x’qed
ikiddni,
Int fgorsi tisma’
talbi.
Jekk għandek biss
waqt wieħed,
U tħossok ftit
trankwilla,
Tismagħni x’għandi
ngħidlek,
Tneħħili ftit
mill-qilla.
Jekk lanqas ma
tkun mngħaġġla,
Nisraqlek waqt
mill-hena
Tas-saltna ta’
madwarek,
U l-ħlewwa
tas-sirena.
Xħin nilmħek qed
titbissem
Jien naf li wasal
tiegħi
Il-ħin li qalbi
nberraħ
Għax naf li qiegħda
miegħi.
Xħin nilmħek qed
titbissem,
Għaddiet tkun
il-burdata,
Is-sema jkun
ibbnazza
Titneħħa l-barrikata.
Imbagħad xħin
qalbek sewda
Narak, u wiċċek
kiebi,
Immidd idejja u
ngħidlek,
Int sejjra tkun
fi ħsiebi.
Alfred Grech.
09/05/2017
No comments:
Post a Comment