Ġurnalista Malti
Ixejjer il-bandiera
U jgħabbi
l-karrettun,
U jibla’ r-riħ
fl-ixkora
Għax jaħseb l’hu
brikkun.
U jista’
jbellagħhielna
Għax jista’ jgħid
li jrid
U ħadd ma jista’
jmissu
Sew f’deni sew
jekk f’ġid.
U jonfoħ
il-bużżieqa
Għax jonfoħ lilu
stess,
U jaqbad
iż-żurżieqa
Li jagħmel jgħid
b’suċċess.
U jaqbad
iż-żurżieqa,
Ta’ dak li jista’
jkun,
Biex jirbaħ
l-attenzjoni
Ta’ min u ftit
miġnun.
U jara ma xhiex
jaqbad,
Biex lilu terġa’
ssib,
Imbagħad joħloqlok
storja
Għax hawn m’hawen
ħadd ħabib.
Alfred Grech.
11/05/2017
No comments:
Post a Comment