126.
Ħallini ħa
nisimgħek sbejjħa tgħanni
Li bħali ta’
kulljum il-fehema tiegħek
Tħobb tberraħ
biex tiżvojta l-paradossi
Li tara jseħħu
bla ma taf tfissirhom.
Għax ħielsa u
ferriħija l-għanja tiegħek
Li togħola ’l-fuq
mis-sħab bla ma titniġġes
Min nugrufun
tal-kontra pożizzjoni
U ssir bħal
sinfonija twila, twila.
Għax bħalek jien
irrid ħelsien infittex
Il-bogħod
mir-rbit tal-polariżżazzjoni
U nnaqqx niċċa
fl-eteru nviżibbli
Mingħajr ma
nħabbel rasi jekk hux nogħoġob
Lil dak, lil
dik u ndejjaq lil ħaddieħor.
Hekk bħal profeta
nsib l-isopazju tiegħi.
Alfred Grech
26/05/2017
No comments:
Post a Comment